Ġbir ta’ skart goff

Dan is-servizz huwa provdut fuq bażi regorali darba fil-ġimgħa - nhar ta' Ġimgħa. Ir-residenti kollha li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz, huma mitluba, sabiex sal-Ħamis qabel il-11:30am iċemplu l-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill fuq in-numru +356 2137 2111 jew jibgħatu email fuq pembroke.lc@gov.mt.

Massimu ta’ items li jistgħu jinġabru fix-xahar minn kull dar huma 5 ta' items żgħar jew 3 items imdaqsa.