Ħlas ta’ kontijiet tal-Kerha u Ċnus lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet

Kull resident għandu l-faċilita’ li jħallas il-kontijiet tal-Kerha jew / u Ċens tal-propjeta’ tiegħu fl-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill. Ħlasijiet jintlaqgħu kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it- 8.15 u l-11.45 ta’ filgħodu kif ukoll bejn is-1.15 u 3.45 ta’ wara nofsinhar (skond il-ġranet tal-ftuħ tal-Kunsill). L-impjegati tal-Kunsill japrezzaw li min iħallas dawn il-kontijiet ikollu flus eżatt.

 

Ħlas ta’ ċitazzjonijiet tal-Gwardjani Lokali, tal-Pulizija u Awtoritajiet jew Dipartimenti oħra

Kull resident kemm ta’ Pembroke kif ukoll ta’ lokalitajiet oħra għandhom il-faċilita’ li jħallsu ċ-ċitazzjonijiet li jingħataw mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija kif ukoll minn kull Awtorita’ jew Dipartimenti oħra fl-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill. Ħlasijiet jintlaqgħu kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it- 8.15 u l-11.45 ta’ filgħodu kif ukoll bejn is-1.15 u 3.45 ta’ wara nofsinhar (skond il-ġranet tal-ftuħ tal-Kunsill). L-impjegati tal-Kunsill japrezzaw li min iħallas dawn il-kontijiet ikollu flus eżatt.