Pembroke Athleta Sports Club
Pembroke Stadium
Pietro Darmenia Street
Pembroke PBK1532
Telephone : +356 7928 3763
President: Mr. Alex Callejja

Pembroke Athleta Sports Club (li kien “Athleta Juvenis Sports Club”) ġie mwaqqaf fl-1962. Athleta Juvenis kien wieħed mill-Klabbs ewlenin f’din il-gżira fis-sittinijiet. Id-dixxiplini varji li kienu membri fi ħdan il-klabb kienu jinkludu Football, Athletics, Basketball, Hockey, Volleyball u Netball, u dawn kollha kien rnexxilhom jilħqu livell għoli u diversi suċċessi. Iżda, l-aktar importanti fuq kollox hu l’ipprovdew servizz ta’ taħriġ u opportunitajiet ta’ logħob lill-mijiet t’atleti t’etajiet differenti, speċjalment atleti żgħar b’enfasi t’edukazzjoni fl-isport.

Minn bidu pjuttost umli minn kantina fi Triq “Għar-il-Lembi”, il-Klabb irnexxielu jopera għal għaxar snin. Minn hemm Athleta Juvenis iċċaqlaq għal post ħafna ikbar, b’faċilitajiet aħjar ġewwa Triq il-Katidral Sliema. Kien proprju f’dawn it-tieni għaxar snin mit-twaqqif tiegħu li l-klabb stabbilixxa ruħu bħala l-akbar Klabb Sportiv ġewwa Malta.

B’dispjaċir, wara dan it-tkabbir u suċċessi, il-klabb għadda minn l-aktar żmien ikrah u diffiċli meta ġie mkeċċi minn dan il-post u għal xi żmien kien bla post, għajr għal kamra ġewwa Swieqi.

Iżda fis-sena 1990, il-Gvern kien ipprovda lill-Athleta Juvenis post bħala Klabb ġewwa Pembroke. Dan il-post kien jintuża mill-Armata Ingliza bħala Kappella. Wara ħafna xogħlijiet u ċertu nvestimenti, dan il-bini abbandunat ġie mibdul fi clubhouse moderna u b’diversi faċilitajiet. Kien xieraq għalhekk li f’dak il-mument il-klabb biddel ismu u beda jisejjah bħala “Pembroke Athleta Sports Club”, li jirrapreżenta l-lokal ta’ Pembroke.