22730176_10155053276573963_1017911557737411564_n

Kevin Borg

Segretarju Eżekuttiv

Twieled il-Pieta’. Miżżewweġġ lil Deborah nee Vella u għandu tifel - Kyle. Edukazzjoni Primarja fl-iskola Primarja ta’ San Ġiljan Edukazzjoni Sekondarja fil-Liċeo tal- Ħamrun, Edukazzjoni Terzjarja fl-iskola Liceo Għoli Sekondarja u l-Junior College l-Imsida. B’suċċess attenda kors Middle Management fl-Universita’ ta’ Malta biex jikwalifika bħala Segretarju Eżekuttiv. Ikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fl-1994 iżda għal ftit ma ġiex elett. Għamel parti mill-Kumitat ta’ l-Edukazzjoni, Sports u l-Ambjent fl-1994. Ilu Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Pembroke mill-1 ta’ Settembru, 1997.

104876680_3346185658727520_487943943809727884_n

Alison Grixti

Assistent Prinċipal

Alison Grixti nee Micallef twieldet il-Pieta’ fis-sena 1982 mill-Ħamrun u issa toqgħod Santa Venera. Miżżewġa lil Vincent Grixti u għandha tifla, Tiana. Ilha taħdem bħala skrivana mal-Kunsill Lokali Pembroke mit-13 ta’ Ottubru, 2000. Bdiet bħala skrivana u illum il-ġurnata tokkupa l-kariga ta’ Prinċipal u Data Protection Officer.