Politika dwar il-Protezzjoni tad-Dejta

Il-Kunsill Lokali Pembroke għandu bżonn jiġbor u juża ċerta informazzjoni dwar terzi li jiġu f’kuntatt mal-Kunsill. Dawn jistgħu ikunu residenti, fornituri ta' servizzi, membri tal-pubbliku ġenerali, impjegati u individwi oħra li l-Kunsill għandu relazzjoni magħhom jew jista' ikun li jkollhom bżonn jikkuntattjawh.

Din il-politika tiddeskrivi kif din id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi ttrattata u maħżuna biex tissodisfa l-istandards tal-protezzjoni tad-dejta tal-Kunsill, u biex il-Kunsill jikkonforma mal-liġijiet applikabbli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta.

Id-dokument relatata li jispjega dan kollu jinstab onlajn u tista' taċċessah permezz ta' din il-link - GDPR - Data Protection Policy Pembroke LC