Funzjonijiet ta’ Kunsill Lokali – Taqsima IV Artiklu 33

1)

Bla ħsara għas-subartikolu (2) u għad-dispożizzjonijiet ta’ kull liġi oħra li tkun isseħħ fiż-żmien, il-funzjonijiet ta’ kull Kunsill Lokali jkunu:

a)

li tipprovdi, fir-rigward ta’ kwalunkwe triq, għajr triq li  r-responsabbiltà  fir-rigward  tagħha  hija  vestita f’Infrastruttura Malta skont it-termini tal-Att tal-2018 dwar  l-Aġenzija  għal  Infrastruttura  Malta  jew kwalunkwe regolamenti magħmula taħtha, iż-żamma u l-manutenzjoni, jew it-titjib tal-istess, u li tipprovvdi u żżomm sinjali stradali u marki stradali adegwati, skont standards nazzjonali u internazzjonali: Iżda  l-manutenzjoni  relatata  ma’  kwalunkwe  triq imsemmija  f’dan  il-paragrafu,  tinkludi  t-tiswija  tal-irqajja’  u  l-kisi  mill-ġdid  tal-wiċċ  tagħha,  iżda  ma tinkludix ir-rikostruzzjoni tagħha;

b)

fir-rigward ta’ kwalunkwe triq, li tipprovdi l-knis, tindif u qtugħ  ta’  ħaxix  ħażin,  tindif  ta’  sinjali  stradali  u  dwal stradali, il-ġbir u t-tneħħija ta’ kull skart, iż-żamma tal-indafa  u  l-manutenzjoni  u  ż-żamma  tal-konvenjenzi pubbliċi kollha, tal-bramel taż-żibel u ta’ reċipjenti oħra għad-depożitu  temporanju  u  għall-ġbir  ta’  skart  u  li taċċerta li dawn huma kollha aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jagħmlu użu mis-siġġu tar-roti;

ċ)

li  jipprovdi  li  jsiru,  jinżammu  fi  stat  tajjeb  u manutenzjoni ta’ playgrounds tat-tfal, ġonna pubbliċi u ċentri oħra, ta’ sport, kultura jew divertiment ieħor, u bħala  parti  minn  skema  nazzjonali  biex  jamministra libreriji  lokali  u  tara  li  dawn  ikunu,  sa  fejn  hu possibbli, aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti;

d)

li tipproponi miżuri relatati mal-manutenzjoni u t-tiswija ta’ toroq lokali, żoni pedonali, żoni ta’ parkeġġ, sinjali stradali  u  marki  stradali  fil-lokalità,  li  tipprovdi  l-istallazzjoni  u  l-manutenzjoni  ta’  xelters  tal-linja  skont standards  u  speċifikazzjonijiet  stabbiliti  mill-awtorità kompetenti għat-trasport, żoni pedonali u ta’ parkeġġ u li tipprovdi protezzjoni għat-tfal tal-iskola fil-viċinanza tal-iskejjel;

e)

li  tipproponi  u  fejn  applikabbli,  li  tiġi  konsultata  minn kwalunkwe awtorità kompetenti jew aġenzija, qabel ma l-awtorità  kompetenti  jew  aġenzija  jwettqu  xi  tibdil  fl-iskemi  tat-traffiku  li  jkunu  jaffettwaw  direttament  lil-lokaliltà;

f)

li tagħmel rakkomandazzjonijiet lil kwalunkwe awtorità kompetenti  jew  aġenzija  għal,  jew  fir-rigward  ta’ kwalunkwe  skema  tal-ippjanar  jew  ta’  bini  u  li tipparteċipa bis-sħiħ fi kwalunkwe deċiżjonijiet dwar l-għoti jew l-għoti mill-ġdid ta’ ismijiet tat-toroq;

g)

fil-konfini ta’ kull pjan nazzjonali, li joħroġ linji ta’ gwida li għandhom jitħarsu biex tinżamm fi stat tajjeb, tkun restawrata, iddisinjata jew mibdula l-faċċata ta’ kull  bini  jew  bini  ieħor  jew  kull  parti  minn  bini  li normalment  tkun  tidher  mit-triq  u  l-materjal  użat, reklami u faċċati ta’ ħwienet, u fil-każ ta’ bini miftuħ għall-pubbliku,  tara  li  dawn  ikunu,  sa  fejn  hu possibbli, aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti;

h)

li jgħin liċ-ċittadini billi jipprovdi, meta applikabbli, flimkien ma’ xi awtorità kompetenti, tagħrif dwar il-jeddijiet taċ-ċittadini b’mod ġenerali, magħdud tagħrif dwar  jeddijiet  tal-konsumatur,  trasport,  komunikazz-jonijiet, faċilitajiet ta’ turiżmu, taxxi, sigurtà soċjali, saħħa  pubblika  u  ħwejjeġ  oħra  ta’  siwi  u  interess pubbliku;

i)

li  jagħti  pariri  lil  u,li  jkun  ikkonsultat  minn  kull awtorità li jkollha s-setgħa li tieħu xi deċiżjonijiet li direttament  jew  indirettament  jolqtu  l-Kunsill  u  lir-residenti li jkun responsabbli għalihom;

j)

bħala  parti  minn  skema  nazzjonali,  li  jipprovdi flimkien ma’ kull awtorità kompetenti, għat-twaqqif, żamma fi stat tajjeb u manutenzjoni ta’ Ċentri għall-Kura tat-Tfal,  kindergartens u servizzi oħra jew bini ieħor edukattiv;

k)

bħala  parti  minn  skema  nazzjonali,  li  jipprovdi flimkien  ma’  kull  awtorità  kompetenti  għat-twaqqif, żamma fi stat tajjeb u manutenzjoni ta’ ċentri ta’ saħħa u   rijabilitazzjoni,   spiżeriji   tal-gvern,   uffiċċji distrettwali tas-saħħa u Djar għall-Anzjani, Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani u Ċentri ta’ matul il-Lejl;

l)

li   jipproponi   lill-Ministru   responsabbli   għall-edukazzjoni, persuni biex jinħatru bħala presidenti ta’ kunsilli ta’ skejjel primarji;

m)

fil-kuntest  ta’  pjan  nazzjonali  ta’  azzjoni,  il-Kunsilli għandhom jippromwovu inizzjattivi ta’ politika soċjali fil-lokalità  tagħhom.  Il-Kunsill  għandu  jaħdem  ma’ persuni bi bżonnijiet speċjali, ma’ tfal u żgħażagħ bi problemi  ta’  litteriżmu,  ma’  anzjani,  persuni  bi problemi  ta’  saħħa  mentali,  fil-kura  fil-komunità  kif ukoll ħidma b’inizjattivi fil-qasam tal-kura preventiva;

n)

ħarsu  l-identità  lokali  u  għalhekk  jieħdu  dawk  l-inizjattivi  neċessarji  sabiex  iħarsu  l-wirt  storiku  u kulturali tal-lokal, it-tradizzjonijiet u l-folklor;

o)

fil-qafas ta’ regolamenti li jsiru mill-Ministru, jagħtu għajnuna  lill-artisti,  mużiċisti  u  sportivi  mill-lokal tagħhom  sabiex  dawn  ikunu  jistgħu  jiżviluppaw  it-talenti tagħhom;

p)

jorganizzaw  attivitajiet  kulturali  li  jippromwovu  l-lokalità b’kull mod;

q)

iħarsu l-ambjent naturali u urban tal-lokalità u jieħdu l-passi  kollha  neċessarji  sabiex  jassiguraw  użu  aktar effiċjenti  tal-enerġija,  immaniġġar  tajjeb  tal-iskart  u inizjattivi għat-tħaris tal-klima;

r)

bi  ftehim  mal-awtoritajiet  edukattivi  jagħmlu  l-aħjar użu tal-faċilitajiet li jeżistu fl-iskejjel fil-lokalità wara l-ħin normali tal-iskola, bħal faċilitajiet sportivi, swali tal-iskejjel u laboratorji tal-informatika, kif ukoll tal-użu ta’ faċiltajiet pubbliċi oħra fil-lokal;

s)

jorganizzaw  attivitajiet  sportivi  jew  fiżiċi  għar-residenti  ta’  kull  età,  jaħdmu  mill-qrib  mal-għaqdiet sportivi tal-lokal, jipprovdu faċilitajiet sportivi tajbin u  jorganizzaw  attivitajiet  sportivi  li  normalment  ma jsirux mill-għaqdiet sportivi tal-lokal;

t)

jaraw li jħaddmu l-kunċett ta’ life-long  learning mar-residenti  kollha,  speċjalment  dawk  adulti  u  anzjani, billi joffru servizzi għal dan il-għan fil-lokalità stess;

u)

jieħdu  ħsieb  u  jipprovdu  servizz  ta’  librerija  fil-lokalità;

v)

jippromovi politika imprenditorjali fejn il-Kunsill jara li jqarrab lejn xulxin l-interessi tas-sidien tan-negozji Il-Kunsill  jara  kif  joħloq  attivitajiet  fejn  jippromovi aktar kummerċ fil-lokalità tiegħu filwaqt li jiffaċilita kull proċedura tal-Kunsill biex l-attività kummerċjali taħdem  b’inqas  burokrazija  u  tkun  megħjuna  ittejjeb il-kwalità tas-servizz tagħha lill-konsumaturi;

w)

li tidħol f’arranġamenti ma’ kwalunkwe aġenzija jew korp pubbliku jew dipartiment tal-Gvern għad-delega lill-kunsill lokali ta’ kwalunkwe funzjonijiet ta’ dik l-aġenzija, dak il-korp pubbliku jew dipartiment:Iżda  tali  delega  għandha  biss  tidħol  fis-seħħ  wara  li  l-Ministru jkun għamel l-ordni rilevanti fil-Gazzetta;

x)

li jaqdi kull funzjoni oħra li tkun delegata lilu mill-Gvern  permezz  tal-Ministru  bil-pubblikazzjoni  ta’ ordni fil-Gazzetta;

z)

li jipprovdi għal dawk ix-xogħlijiet, oġġetti, ħwejjeġ u servizzi  l-oħra  kollha  li  m’humiex  esklużi  mill-kompetenza  ta’  Kunsill  b’xi  liġi  li  tkun  fiż-żmien isseħħ u li ma jkunux mogħtija lil xi awtorità oħra

2)

Monumenti  nazzjonali, parks  jew  ġonna  nazzjonali, estates industrijali, portijiet, ajruporti u territorji nazzjonali oħra, stabbilimenti, bini u ħwejjeġ imniżżla fir-Raba’ Skeda ta’ dan l-Att għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-Gvern, ħlief kif provdut fis-subartikolu (1)(w) jew (x), u huma totalment esklużi mill-kompetenza tal-kunsilli lokali.

3) a)

Jistgħu  jiġu  miżjuda  diversi  funzjonijiet  ġodda  lill-Kunsilli Lokali. Kull funzjoni tiġi devoluta meta l-Gvern Ċentrali jkun konvint li l-Kunsilli Lokali huma preparati biex jieħdu din ir-responsabilità.

b)

Fil-każ ta’ devoluzzjoni ta’ funzjonijiet ġodda dawn il-funzjonijiet l-ewwel jiġu mgħoddija lil numru żgħir ta’ Kunsilli Lokali, jekk jista’ jkun ta’ daqsijiet differenti, sabiex isservi bħala prova.

4)

Il-Ministru responsabbli għat-trasport iżomm id-dritt li, fikwalunkwe ħin, kif jista’ jiġi determinat mill-Ministru għat-Trasport, jittrasferixxi d-drittijiet kollha jew xi wħud minnhom, li preċedentement kienu jappartjenu lil Infrastruttura Malta b’rabta ma’ xi triq lokali skont it-termini tal-Att dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta jew xi liġi oħra, lil xi kunsill lokali.