English
Pembroke Local Council
  
  St. Patricks Craft Training Centre
History and General Information

Storja u Informazzjoni Ġenerali

Dan iċ-ċentru ġie mwaqqaf fl-aħħar ta’ l-1986 fuq l-inizjattiva ta’ Mr. Fredrick Fearne, imbagħad mill-Assistent Direttur (tekniku), imbagħad mid-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni, u issa mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, biex ineħħu pressjoni minn fuq l-għalliema li għandhom studenti li jikrejaw diffikultajiet fl-iskola u toffri servizzi lill-istudenti ta’ bejn l-etajiet ta’ l-14 u s-16 il-sena, li huma b’ligi obbligati li jattendu l-iskola. Wieħed mill-iskopijiet wara l-idea li ċ- Ċentru jkollu ftit ħaddiema ta’ tlieta min-nies imbagħad erbgħa (minn Novembru tan-1996), u imbagħad ħamsa (minn Settembru tan-1998), biex jippruvaw u jikrejaw atmosfera ta’ fejn kulħadd jagħmel parti u jaqsmu kull tip ta’ xogħol bħal ħasil u jieħdu ħsieb il-madwar.

Dan sar biex tagħti lill-istudenti x’inhu tagħhom u s-sens ta’ spirtu fit-tim, biex meta jiġi ż- żmien biex jibdew il-ħajja tax-xogħol jkunu jistgħu jifhmu li kulħadd irrid jagħmel il-parti tiegħu mill-inqas ħaddiem sal-President tar- Repubblika.

Biex tindirizza l-problema tad-diffikultajiet tal-familji ta’ l-istudenti u biex tagħti raġunijiet tanġibbli li jattendu, kien miftiehem li l-istudenti jirċievu lira għal kull ġurnata li jattendu fiċ- Ċentru jekk l-istudenti ma jattendux mingħajr permess, il-lira ma tingħatalhomx.

Raġunijiet għalfejn jaċċettaw studenti f’dan iċ-Ċentru

Ħafna mill-istudenti magħżula biex jattendu ġo dan iċ-ċentru huma rikonoxxuti li għandhom waħda jew aktar minn dawn il-problemi:

• Nuqqas ta’ motivazzjoni.

• Nuqqas t’attendenza kontinwa.

• Diżordni fil-klassi.

• Problemi Soċjali.

• Problemi Familjari.

• Nkwiet ma’ l-awtoritajiet.

• Ma jkunx jista’ jidhra fl-ambjent ta’ l- iskola.

• Jiskartaw il-logħob.

• Hyper-active/Nuqqas t’attenzjoni lin-nies b’span syndrome.


Sfortunatament ħafna mill-problemi li semmejna hawn fuq ma jkunux tort ta’ l-istudenti nfushom imma ittellagħhom is-soċjeta’ u l-familja li qedgħin jitilgħu fiha u l-attitudni u l-mentalita’ ta’ l-oħrajn. Normalment dawn l-istudenti jsibuhom bħala studenti li joħolqu l- problema fl-iskola Primarja u meta jmorru fl-iskola Sekondarja, u tinqara l-kondotta, l-informazzjoni tiġi mogħddija minn għalliem għal ieħor u tibqa’ tiketta magħhom. F’dan iċ- Ċentru l-kondotta ma tiġiex qrata fl-ewwel xahar, biex tagħti ċans lill-għalliema jaraw kif jaħsbuha fuq l-istudent innifsu. Normalment jsibu li dak li ħasbu huwa differenti ħafna minn dak li jkun hemm miktub fuqhom fil-kondotta.

Għanijiet u Metodi

Il-maggoranza ta’ l-istudenti li jiġu fiċ-Ċentru tagħna, ħafna drabi fil-bidu jkun hemm nuqqas ta’ motivazzjoni u xi ftit minnhom jaħsbu li gew mibgħuta f’dik l- iskola bħala kastig.

Minħabba din ir-raġuni l-għalliema jagħtu l-ewwel prijorita’ li jiżguraw li l-istudenti ġew mibgħuta l-aktar f’din l-iskola minħabba l-attitudni mentali tagħhom.

L- Għanijiet Prinċipali ta’ dan iċ- Ċentru huma: -

• Isib raġunijiet wara l-attitudni ta’ l-istudent u tipprova tgħinu jirrealizza li hu għandu problema.

• Issib iċ-ċavetta għal interess ta’ l-istudent u biex b’hekk tiftaħħlu l-bieb tal-progress.

• Tikreja sitwazzjoni fl-istudent `nixtieq inkun naf aktar`.

• Turi lill-istudent li l-istudju huwa proċess kontinwu fil-ħajja.

• Tagħti lill-istudent fondazzjoni bażika biex jkun jista’ jimmatura f’ħajja mportanti tas- soċjeta’.

• Tagħti lill-istudent it-taħriġ bażiku li wieħed għandu bżonn biex jieħu ħsieb tiegħu nnifsu, bħal isajjar l-ikel għalih, jieħu ħsieb l-indafa tiegħu nnifsu u jieħu ħsieb l- apparenza tiegħu.

• L-istudenti jigu nkorraġuti biex jipparteċipaw f’xi forma t’attivita’ bħal kompetizzjoni tat- table tennis, logħob taċ-ċess u tournaments ta’ l-isnooker. Fil-preżent qedgħin nagħmlu kompettizjoni tat-table tennis li kwazi l-istudenti kollha qedgħin jieħdu sehem u r- rebbiegħ jiġi mogħti somma ta’ flus u troffej. Is-somma u t-troffej jiġu offruti mill- ħaddiema ta’ l-iskola stess.

Wieħed mill-attivitajiet prinċipali huma diskussjonijiet ta’ filgħodu. Normalment id- diskussjonijiet ikunu fuq diversi affarijiet u miftugħa, għaldaqstant xorta waħda għandha programm, li huwa mifrux fuq erbatax il-sezzjoni differenti, li normalment jkollom x’jaqsmu ma’ xulxin.

• Attendenza, li tiddiskuti diversi punti ta’ interess bħal onesta, pjanijiet obligazzjonijiet, ubbidjenza, lealta’ sigurezza etc.

• Ubbidjenza li tinkludi rispett lejn il-ġenituri, ubbidjenza sesswali u soċjali, relazzjonijiet, rispett lejn l-oħrajn, rispett lejh nnifsu, ubbidjenza, dixxiplina, kriminalita’ u konsegwenza.

• Diterminazzjoni li tinkludi dedikazzjoni, bidu ta’ karriera, qagħda u twemmin, sagrifiċċju, etc.

• Industrija, li għandha dmir, pjan ta’ sodisfazzjon tax-xogħol, importanza ta’ regolazzjoni ta’ siguta’, previżjoni, etc.

• Kreazzjoni ta’ talenti, sodisfazzjon personali, delizzji, paċenzja etc.

• Mexxej, li jieħu ħsieb l-onesta, d-drittijiet ċivili, l-patrijotiżmu, is-servilita’, il-gustizzja, dmir ta’ xogħol f’delegazzjoni ta’ tim, etc.

• Valuri edukattivi, li jinkludu punti bħal kreattivita, l-importanza li tkun taf taqra u tikteb u taf tgħodd in-numri tagħlim kontinwu fil-ħajja, taħriġ tal-ħajja, soċjoloġija, l-abilita’ tal- kommunikazzjoni, etc.

• Raġunar, li jinkludu kif għandhom jghelbu l-ostakli, jsolvu l-problemi, responsabilita’, toleranza, etc.

• Motivazzjoni li tinkludi l-għażż, sodisfazzjon personali, kif wieħed jissetilja, u jilħaq xi skop, kburija, l-ħeġġa tas-suċċess, etc.

• Il-maturita’ li tinkludi l-kondotta, r-rispett, ħsieb tal-persuna nnifisa, preparazzjoni għal ħajja familjari, kumpless ta’ l-inferjorita/superjorita, tifhem il-bżonnijiet ta’ ħaddieħor, ir- razziżmu, l-egoiżmu u ħafna aktar.

• Akkademja li tinkludi li tifhem il-ħtieġa kif tikteb, taqra, tgħodd in-numri, kif timla’ formola, kif tikkomunika u tħalli effett, etc.

• Proġetti li jinkludu pjanijiet, sistemi ta’ xogħol, bżonnijiet bażiċi ġod-dar, kif wieħed għandu juża l-għodda, preparazzjonijiet, etc.

• Jsiru ukoll ħarġiet li jinkludu viżiti ġo diversi mużewijiet u postijiet t’interess kemm f’ Malta u kif ukoll f’Għawdex, viżiti ġo fabbriki, viżiti ġo postijiet ta’ rikrejazzjoni bħal Buskett, etc.

• Sports/Logħob li jinkludu logħob ta’ ġewwa u ta’ barra, regoli, spirtu ta’ tim, kif wieħed jaċċetta rebħa u telfa, kif wieħed jagħmel spirtu sporttiv, etc.

Il-parteċipazzjoni ta’ l-istudenti huma ftit mill-karateristiċi mportanti f’dawn it-taħdidiet, għaliex minnhom nkunu nistgħu nitghallmu hafna dwarhom, kemm bħala ndividwi kif ukoll bħala grupp. It-tagħliem ta’ kull suġġett, jimxi pass pass ma’ kull kapaċita’ ta’ kull student, fi kliem ieħor jekk student ma jkunx jista’ jlaħħaq ma’ l-istudenti l-oħra, l-lezzjonijiet tiegħu jimxu skond l-abilta’ ta’ l-istudent u jekk xi student jkun qiegħed jinżamm lura minħabba ħaddieħor, jkollu lezzjonijiet għalih biex jaħdem aktar. B’hekk kull student jibqa’ nteressat u jingħata sfida biex jiżdied jew jipprogressa t-talenti tiegħu.

Dan mhux faċli li tagħmlu għaliex ġieli jirrikjedu minn tlieta sa erbgħa livelli differenti ta’ tagħliem, jew inkella minn tnejn sa tlett proġetti differenti fl-istess ħin.

Seminars

Studenti barra mill-iskola huma nvitati għal seminars differenti li jiġu magħmula mis- Sezzjoni ta’ l-Edukazzjoni tal-Guidance u Councelling minn żmien għal żmien. Dawn is- seminars jinkludu: -

1. Abbuż fuq droga u alkaħol.

2. Mġieba dwar is-soċjeta’ u s-sess.

3. Taħriġ dwar il-ħajja.

4. Żvilupp ta’ karriera.

5. Nutrizzjoni.

6. Indafa personali.

7. Żvilupp personali.

Is-seminars normalment isiru fil-Hall, f’Sant’Andrija ġewwa Pembroke jew inkella ġewwa ċ- ċentru ta’ l-ikel u nutrizjoni, f’Pinto Wharf.

Ir- raġuni għal dawn is-seminars jiġu magħmula f’ċentri oħra biex ikissru ċ-ċirku ta’ “mid- dar għall-iskola u mill-iskola għad-dar”.

F’dawn is-seminars jiġu diskussa ħafna affarijiet u jiġu inklużi ħafna aspetti dwar il- kuxjenzja tal-persuna nnifisha u żvilupp tagħha.

Dixxiplina

Id-dixxiplina ma’ l-istudenti hija miżmumha iżda l-kastigi ma naghtuhomlomx aħna, minħabba li jekk nagħmlu hekk jistgħu jiddejqu jiġu l-iskola, għalhekk minflokk naqbdu u nagħtuhom kastig, nistaqsu lilhom jekk kienu minflokna x’kastig kienu jagħtu. Normalment dawn l-istudenti jagħtu kastig ikbar milli misthoqilhom.

Minħabba li l-istudenti qedgħin jingħataw ammont ta’ flus kulljum, bħala kastig ġieli jinżammilhom il-flus jew inkella jiġu mġelha jħallsu dak li kisru.

Dan il-kastig huwa effettiv ħafna għaliex lill-istudenti se tolqothom fil-but tagħhom.

Xogħol ta’ Proġett

Proġetti barra mill-iskola jkollna ħafna drabi, dawn il-proġetti jsiru f’diversi skejjel differenti bħal jgħinu biex ittellgħu jum il-premjazzjoni, jum il-ġenituri, drama ta’ l-iskola u ħafna aktar xogħol żgħir ta’ manutenzjoni bħal dan.

Ħafna minn dawn il-proġetti jiġu allokati ġo skejjel tal-bniet biex b’hekk is-subien jiltaqgħu ma’ studenti ta’ sess oppost.

Proġetti personali fiċ-ċentru huma mħeġġa u bl-għajnuna ta’ l-għalliema, l-istudent: -

a) Jikkreja idea, ħalli l-artiklu li jagħmlu jkun t’użu għalih jew għal familja tiegħu.

b) Jiddiżinja, biex b’hekk tagħtih viżjoni mill-aspett ta’ produzzjoni.

c) Tiġi magħmula lista t’affarijiet meħtieġa, biex jiġi mifhum kemm hemm kwantita’ u kwalita’ ta’ biċċiet meħtieġa.

d) Jmorru ma’ l-għalliema jixtru l-bżonnijiet meħtieġa biex b’hekk l-istudent jagħmilha man-nies waqt li jkun taħt it-tmexxija ta’ wieħed mill-għalliema.

e) Il-kostruzzjoni ta’ l-artiklu jgħallmu kif wieħed għandu jagħżel l-għodda u kif għandu jsolvi l-problemi li jiltaqa’ magħhom fil-produzzjoni.

f) Jiċċekja li jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu jew il-ħtiġijiet għal min jkun se jagħmel l- oġġett.

Wieħed mir-raunijiet wara din il-produzzjoni ta’ l-artikli hija biex kull student jkun jista’ jipprovahom id-dar.

Huwa ukoll prevedit li, din is-sena se nagħmlu xi għodda biex tiġi provduta lill-iskola speċjali San Miguel li qedgħha wkoll ġewwa Pembroke.

Akkademji

F’dan iċ-ċentru m’hemmx sillabu li jimxu preċiż miegħu, minħabba li kieku jried ikollhom progress ta’ standard. Dan minħabba li l-istudenti li jiġu hawn, għandhom problemi differenti u din il-ħaġa tiġi diffiċċli li tikseb is-suċċess mistħoq.

Kull suġġett huwa mgħallem, dawn jinkludu: - Akkademji:

Ingliż bażiku, Matematika u Malti.


Xogħolijiet zgħar ta’ snajja: Xogħol fl-injam, pratikka ġo workshop, xogħolijiet ta’ plummer u ta’ zebgħa.

Kreattivita’ / Arti:

Tinqix fuq il-ħġieġ, żebgħa fuq mirji u ħġieġ, skultura fil-ġenb u ħafna aktar

Ħruġ u Viżiti

Ħruġ u viżiti huma magħmula ħafna drabi u huma mill-aktar importanti u t’għajnuna biex tgħallem lil dawn it-tfal minħabba li jbiddlu l-ambjent ta’ fejn jitgħallmu. Dawn il-viżiti jinkludu:

• Viżiti ġo postijiet t’interess kulturali u edukattivi bħal mużewijiet u gallariji ta’ l-arti.

• Viżiti ġo postijiet varji tax- xogħol bħal Drydrocks, Fabbriki u Industriji tal-Krafts.

• Viżiti ġo postijiet ta’ sbuħija naturali bħal l-irdum ta’ Ħad Dingli, Għar Lapsi, Selmun, ir- Riserva Naturali tal-Mellieħa, etc.

• Viżiti ġo postijiet ta’ rikreazzjoni bħal Buskett, l-bajja tal-Mellieħa, etc.

• Viżiti ġewwa Għawdex, dawn ikunu edukattivi, kulturali u attivitajiet ta’ rikreazzjoni.

• Viżiti ġewwa l-qorti biex l-istudenti jgħarfu l-konsegwenzi li jinqalgħu, tal-ħażin li jkunu għamlu u jgħinuhom jifhmu minn xiex jgħaddi żgħażugħ u fl-inkwiet ma’ l-Awtoritajiet.

Kuntatt Soċjali u mal-Ġenituri

Ħafna drabi wara l-iskola niltaqgħu mal-ġenituri ta’ l-istudenti, biex ngħinuhom isolvu l- problemi tagħhom mat-tfal minħabba li jkunu mqarbin jew ma jkunux irridu jmorru skola. F’ dawn il-każi jsiru kuntatti personali u biex nghinuhom f’dan l-aspett aħna noffru l-aspett ta’ l-bieb miftuħ fejn il-ġenituri jistgħu jiġu ġewwa ċ-ċentru f’kull ħin (waqt il-ħin ta’ l-iskola) biex jiġu diskussi problemi li jistgħu jkunu qedgħin jaffetwaw l-imġieba t’uliedhom. Is-Sur D’ Emanuele ta’ spiss jattendi il-kort tal-Juveline ma’ l-istudenti li sabu ruħhom f’inkwiet, biex jipprova jgħinhom jsolvu l-problemi u jipprova jagħti sapport morali lill-ġenituri tagħhom.

Parti mir-raġuni wara din l-azzjoni hi, biex nuru lill-istudenti u l-ġenituri li hemm xi ħadd preparat li jgħinuhom għal aħjar tal-futur tagħhom u joffru opportunita’ biex ibiddlu l- karattru tagħhom. Mhux dejjem hu possibli u ftit mill-istudenti tagħna spiċċaw il-ħabs, fejn dawn ikunu xi ftit impossibli li tbiddilhom il-karattru tagħhom.

Rapporti ta’ xi jkun qiegħed jiġri

Dan iċ-ċentru dejjem prova jgħin biex ikun hemm profili baxxi ħalli l-istudenti ma jiġux mmarkati bħala falluti jew jabbandunaw l-istudji tagħhom, dan minħabba li din, tneħħilhom iċ-ċans li jsibu xogħol meta jiġu biex jitilqu mill-iskola. Fortunatament ħafna drabi qedgħin nsibulhom ahna stess xogholijiet lil xi studenti meta jitilqu l-iskola u mir-rekors li għandna aħna sibna li ħafna minnhom sejrin tajjeb ħafna, ssetiljaw u qedgħin ikabbru familja.

Ħafna mill-istudenti li kienu jattendu din l-iskola għadhom jiġu jżuruna u aħna dejjem ngħidulhom li jekk ikollhom xi tip ta’ problema, l-bieb tagħna, dejjem miftuħ biex ngħinuhom. Aħna mhux bilfors nkunu f’pożizzjoni li ngħinuhom materjalment imma xorta waħda nkunu nistgħu nagħtuhom is-sapport morali, u fejn hu possibli ngħinuhom jsibu soluzzjoni.

Dan jgħin ukoll biex inżommu kuntatt magħhom u mal-familja tagħhom, biex nkunu nafu kif sejrin fil-ħajja, fejn qedgħin jaħdmu, jekk humiex kuntenti f’xogħolhom, jekk humiex miżżewġin jew ħadux l-engage, jekk għandhomx ħajja stabbli u aktar informazzjoni żgħar li jgħinuna nibqghu nformati fis-soċjeta’. Nixtiequ nieħdu l-opportunita’ biex nirrigrazzjaw lis- lis-Sur Fearne għal għajnuna u għas-sapport li tagħna biex insibu metodi għal dawn is- subien biex joħorġu f’din id-dinja u jħossuhom tajjeb li jifqu fuq saqajhom.

Itla 'l fuq

Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
 Skola Primarja - Kulleġġ Santa Klara | Verdala Int. School | Sir Adrian Dingli Girls' J. L.  | St Catherine | Sir Luigi Preziosi Girls Sec. School | St. Patricks Craft Training Centre | Sprachcaffe Language Schools | San Miguel Special School | M.U.S.E.U.M. 
Pembroke_Local_Council
| © Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| CIMU |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.