English
Pembroke Local Council
  
  

“Sir Adrian Dingli” għandha aktar minn 90 għalliem, hija skola sekondarja tal-bniet u tinsab ġewwa Pembroke. L-iskola tgawdi minn firxa t’art u panorama ta’ baħar u natura mill- isbaħ. L-iskola għandha fiha madwar 1100 student li jiġu mit-Tramuntana ta’ Malta. Fil- preżent l-iskola titmexxa mill-Kap Miss Marilyn Sciortino u l-Assistenti tagħha Mr. Alfred Debono Flynn, Mr. Alfred Cauchi u Mr. Joseph Grech.

  
sir_adrian_dingli_girls_junior_lyceum

  
Il-Bini ta’ l-iskola ġie mibni fl-1939, biex jintuża bħala sptar. Aktar tard bdiet tintuża għal aktar bżonnijiet mill-Forza Ingliża sa 1979. Fl-1984 l-post infetaħ bħala skola Pimarja għal Year 5 u Year 6 u għal Form 1 sa Form 5 għal studenti tas-Sekondarji. Sentejn wara l- iskola ħadet stat ta’ Liceo. Min dak iż- żmien l’hawn l-istudenti saru jġibu marki tajbin ħafna kemm f’Oxford, fil-London u kif ukoll fil-MATSEC. F’Mejju ta’ l-1988 ‘Sandhurst’ kif kienet magħrufa nagħtat isem ġdid ta’ “Liceo tal- Bniet Sir Adrian Dingli”.

Il-Komunita’ ta’ l-iskola Sir Adrian Dingli rsistit biex l-istudenti jkunu jistgħu jieħdu valuri, taħriġ u għerf li jgħinhom jindirrizaw il-ħtiega ta’ tmexxija, sodisfazzjon u ta’ ħafna użu għaċ-ċittadini mis-soċjeta globali. Attivitajiet extra-kurrikulum jinkludu kultura varjata, sports u attivitajiet filantropiċi. Is-Servizz tal-librerija fl-iskola jsegwi l-ħtiġijiet ta’ l-istudenti fix-xogħol tar-riċerki u fis-self ta’ kotba u videos. Bil-programmi ta’ tibdil ta’ l-istudenti saru viżiti ġewwa l-Ġermanja u l-Italja li ħafna mill-istudenti ta’ Sir Adrian Dingli għamlu ħbieb ma’ diversi studenti mill-Ġermanja u mill-Italja. L-iskola toħroġ magazin “Pebbles”, kull sena, magħmul mill-istudenti, bl-għajnuna ta’ grupp t’għalliema.

Il-Prospektus ta’ l-iskola, jinkludi fih ħafna nformazzjoni ta’ valur rigward l-iskola u l- attivitajiet li jkunu ser isiru matul dik is-sena skolastika. Dan jintbgħat lill-ġenituri fil-bidu ta’ kull sena skolastika.

Din is-sena l-iskola hija konċernata fuq żewġ proġetti kbar. Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni qedgħin jirrenġaw il-bini ta’ l-iskola u l-għalliema qedgħin jiprepparaw pjan ta’ żvilupp għall- itwal term ta’ l-iskola biex l-istudenti jkunu jistgħu jilqgħu l-isfidi li se jġib miegħu dan il- millenju l-ġdid.

Itla 'l fuq

Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
 Skola Primarja - Kulleġġ Santa Klara | Verdala Int. School | Sir Adrian Dingli Girls' J. L.  | St Catherine | Sir Luigi Preziosi Girls Sec. School | St. Patricks Craft Training Centre | Sprachcaffe Language Schools | San Miguel Special School | M.U.S.E.U.M. 
Pembroke_Local_Council
| © Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| CIMU |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.