English
Pembroke Local Council
  
  

ASSOĊJAZZJONI TAR-ROTI BIL-BMX

Suffolk Road, Pembroke STJ 14.

Għal dawn l-aħħar tlettax il-sena, l-Assoċjazzjoni tal-BMX, ħadmet ħafna għal dan l-isport daqshekk eċitanti. Dan huwa l-uniku post fejn jiġi prattikat is-sewqan tal-BMX, ta’ l-In-line skating u ta’ l-iskateboard f’Malta.

Apparti mit-tlielaq fit-trekk, aħna norganizzaw rigbiet, demostrazzjonijiet u wirjiet bil- freestyle, fejn wieħed jista’ jammira t-talenti ta’ ħafna minn dawk li huma reġistrati bħala membri u l-isforz li sar fix-xogħol ta’ konstruzzjoni biex seta’ jsir park bħal dan. Jiġu organizzati attivitajiet għat-tfal żgħar li jibdew minn sitt snin. Attivtajiet oħra bħal kompetizzjonijiet u fun rides jiġu organizzati għan-nies akbar u b’aktar esperjenza.

Sezzjonijiet ta’ training huma mogħtija wkoll minn instructors b’esperjenza (Kemm fil-BMX kif ukoll f’in-line skating). Fit-trekk tal-BMX issib ukoll park mammar b’ħafna faċilitajiet ta’ l-in-line skating u ta’ l- iskateboard.

Aħna nemmnu li qegħdin nagħtu lit-tfal ta’ llum, ċans li jespandu l-esperjenzi tagħhom, f’ dawn l-isports u ngħinuhom biex ma jsuqux fit-toroq u hekk jibqgħu lura minn ħafna perikli.

Itla 'l fuq

Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
 Pembroke Athleta Sports Club | Pembroke Rackets Tennis Club | Melita F.C. | Assoċjazzjoni BMX 
Pembroke_Local_Council
| © Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| CIMU |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.