English
Pembroke Local Council
  
  

Melita Football Club

Il-klabb tal-MELITA AMATEUR FOOTBALL CLUB ġie mwaqqaf fl-1932 mis-Sur Ġanni Benċini li nħatar l-ewwel President fl-ewwel laqgħa ġenerali annwali fit-28 t’April 1933. Il-MOTTO tal-klabb huwa “IL-LOGĦBA TINTLAGĦAB GĦAL-GOST” u “IL-LOGĦBA TIĠI L-EWWEL U QABEL KOLLOX”.

Il-klabb huwa affiljat bħala membru fl-ASSOĊJAZZJONI MALTIJA TAL-FUTBOL (MFA) sa mit-23 t’APRIL 1944 u ilu jirrapreżenta lill-lokalita’ ta’ San Ġiljan minn din id-data, kif ukoll fl-ASSOĊJAZZJONI TAL-FUTBOL GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ (YFA) aktar reċenti fil-bidu tad-disgħinijiet.

Minbarra li l-Ewwel Tim illum jilgħab fit-tieni divizjoni tal-MFA, il-klabb għandu wkoll it-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt id-19 il-sena u tim ieħor tan-Nisa li t-tnejn jieħdu parti wkoll fl-MFA. Il-President attwali huwa s-Sur Anton Naudi, is-Segretarju huwa s-Sur John Paul Naudi u l-Kaxxier huwa s-Sur Joseph Borġ. Il-klabb huwa rrapreżentat fl-MFA mis-Sur Ronnie Tabone.

Il-klabb għandu wkoll NURSERY sa mill-1989 għat-tfal u żgħażagħ li jibdew mill-eta’ ta’ ħames snin sa sittax il-sena u fiha hemm madwar 380 tifel. In-Nursery hija organiżżata ferm tajjeb u tieħu parti f’ħafna tournaments kemm lokali u kemm internazzjonali għat-tfal ta’ bejn il-ħames snin u t-tnax il-sena, filwaqt li t-tfal bejn it-tnax u s-sittax il-sena jieħdu parti fil-kompetizzjonijiet tal-YFA.

Il-klabb ħandu l-faċilitajiet kollha meħtieġa minn grawnd full size tar-ramel u xaħx għal żewġ pitċhes tal-ħaxix artifiċjali għal-użu tal-logħbiet 5 u 7 a-side kif ukoll żewġ « dressinġ rooms » attrezzati b’kollox, snack bar, playinġ area għat-tfal żagħar, żewġ terrazzini mdaqqsin, kamra għal-kumitat u store għal-kits, equipment etċ..kif ukoll Car Park. Filwaqt li l-klabb jinsab fi Triq Scicluna, San Ġiljan, il-faċilitajiet jinsabu ġewwa Pembroke għar-raġuni li ma kien qatt possibli minnaħa ta’ l-Awtoritajiet li jinbena dal-kumpless mdaqqas ġewwa San Ġiljan. Madankollu il-klabb dejjem lest li jilqgħa membri u players mhux minn San Ġiljan u Pembroke u l-inħawi biss, imma min kull parti ta’Malta.

Il-klabb ġħandu wkoll sezzjoni għat-Table Tennis u t-tim jinsab jilgħab fl-ewwel divizzjoni tal-Leaġue Nazzjonali.

Għal aktar informazzjoni dwar il-klabb jew biex wieħed jidħol membru jew wieħed jixtieq jibda jilgħab mal-klabb, għandu jirrikorri kif ħawn taħt :-

Dwar il-Klabb – Anton Naudi – 21335252

Dwar tidħol Membru – Joseph Borġ – 21382575

Dwar in-Nursery – Robert Balani – 21242308

Dwar in-Nisa – Lorraine Zammit – 21373452

Dwar it-Table Tennis – David Pace

Dwar l-U/19 – Jean-Pierre Portanier - 99473237

Dwar l-Ewwel Tim – Stephen D’Amato – 21245308

Il-klabb ġewwa San Ġiljan – 21330884

Il-kumpless sportiv ġewwa Pembroke - 21323740



Itla 'l fuq

Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
 Pembroke Athleta Sports Club | Pembroke Rackets Tennis Club | Melita F.C. | Assoċjazzjoni BMX 
Pembroke_Local_Council
| © Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| CIMU |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.