English
Pembroke Local Council
  
  

Pembroke Rackets Tennis Club

Il-Klabb beda jiffunzjona fl-1980 bl-isem ta’ Balluta Rackets Tennis Klabb b’grupp ta’ ħbieb li, dak iż- żmien, kienu jgħixu Balluta. Fl’1981, il-klabb beda juża l-kort tat-Tennis f'Pembroke.

Matul dawn l-aħħar snin, il-klabb organizza ħafna tournaments tat-tennis, partikolarment leagues tas-singles. Fl-1996 ġiet installata is-sistema tal-floodlights sabiex ikunu jistgħu jintlagħbu logħob tat- tennis wara inżul ix-xemx ukoll.

  
pembroke_racket_tennis_club

  
Il-Klabb huwa organizzat tajjeb ħafna, tant li, llum il-ġurnata hemm, 440 membru fih. F'dawn l-aħħar snin il-klabb iffaċċja ċerti diffikultajiet minħabba li l-faċilitajiet m'humiex biżżejjed għan-nies li qeghdin jiżdiedu fil-klabb. Għalhekk il-klabb iddeċieda li jimmodifika l-faċilitajiet u jkabbar in-numru tal-korts minn tnejn għal ħamsa kif ukoll post fejn ikunu jistgħu jbiddlu u jżommu l-affarijiet tagħhom.

Il-Klabb rebaħ ħafna unuri nazzjonali u rebaħ il-kampjonat nazzjonali ta’ l-irġiel, id-doubles league għal erba’ snin – 1994, 1995, 1996 u1997. Mill-1 ta’ Frar, 1998, il-klabb biddel ismu għal PEMBROKE RACKETS TENNIS CLUB, wara talba mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke li ta' sapport lill-proġett tal-klabb. Kull min jixtieq aktar informazzjoni dwar il-klabb għandu jagħmel kuntatt mall-President tal-klabb Chris Briffa fuq in-numru tat-telefon 2124 1720 jew b’ E-mail: cbriffa@intercomp-malta.com



Itla 'l fuq

Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
 Pembroke Athleta Sports Club | Pembroke Rackets Tennis Club | Melita F.C. | Assoċjazzjoni BMX 
Pembroke_Local_Council
| © Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| CIMU |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.