English
Pembroke Local Council
  
  
logo_pembroke_athleta

  

Storja fil-qosor ta’
Pembroke Athleta Sports Club
"PRO AMORE LUDIS"

(GĦAL-IMĦABBA LEJN IL-LOGĦBA)

Pembroke Athleta Sports Club (li kien “Athleta Juvenis Sports Club”) ġie mwaqqaf fl-1962. Athleta Juvenis kien wieħed mill- Klabbs ewlenin f’din il-gżira fis-sittinijiet. Id-dixxiplini varji li kienu membri fi ħdan il-klabb kienu jinkludu Football, Athletics, Basketball, Hockey, Volleyball u Netball, u dawn kollha kienu rnexxilhom jilħqu livell għoli u diversi suċċessi. Iżda, l-aktar importanti fuq kollox hu l’ipprovdew servizz ta’ taħriġ u opportunitajiet ta’ logħob lill-mijiet t’atleti t’etajiet differenti, speċjalment atleti żgħar b’enfasi t’edukazzjoni fl-isport.

Minn bidu pjuttost umli minn kantina fi Triq “Għar-il-Lembi”, il-Klabb irnexxielu jopera għal għaxar snin. Minn hemm Athleta Juvenis iċċaqlaq għal post ħafna ikbar, b’faċilitajiet aħjar ġewwa Triq il-Katidral Sliema. Kien proprju f’dawn it-tieni għaxar snin mit-twaqqif tiegħu li l-klabb stabbilixxa ruħu bħala l-akbar Klabb Sportiv ġewwa Malta.

B’dispjaċir, wara dan it-tkabbir u suċċessi, il-klabb għadda minn l-aktar żmien ikrah u diffiċli meta ġie mkeċċi minn dan il-post u għal xi żmien kien bla post, għajr għal kamra ġewwa Swieqi.

Iżda fis-sena 1990, il-Gvern kien ipprovda lill-Athleta Juvenis post bħala Klabb ġewwa Pembroke. Dan il-post kien jintuża mill-Armata Ingliza bħala Kappella. Wara ħafna xogħlijiet u ċertu nvestimenti, dan il-bini abbandunat ġie mibdul fi clubhouse moderna u b’diversi faċilitajiet. Kien xieraq għalhekk li f’dak il-mument il-klabb biddel ismu u beda jisejjah bħala “Pembroke Athleta Sports Club”, li jirrapreżenta r-raħal ġdid ta’ Pembroke.

  
/admin0802/pages/../../images/parags/Pembroke-Athleta-01.jpg

  

Il-Club House ġewwa Pembroke. Minn dak iż-żmien l’hawn, sar titjib konsiderevoli bi twaħħil ta’ żewġ pitches b’ħaxix aritifċjali, u tiżbieh u titjib minn ġewwa fil-klabb.

Settembru 2000 kien żmien importanti għal dan il-Klabb Sportiv, meta l-Gvern għadda b’ċens ta’ 49 sena lill-klabb biċċa art ta’ daqs konsiderevoli (qisu 170m x 98m) biswit il-lukanda Radisson SAS Baypoint, biex tiġi żviluppata f’kumpless Sportiv addattat aħjar għall-bżonnijiet ta’ dan il-klabb li qed jiżviluppa b’rata mgħaġġla.

  
/admin0802/pages/../../images/parags/Pembroke-Athleta-02.jpg

  

Il-biċċa art trasferita lill-Klabb Sportiv għall-iżvilupp (Settembru 2000)

  
/admin0802/pages/../../images/parags/Pembroke-Athleta-03.jpg

  
Pjanijiet għall-Proġetti

Immedjatament wara din id-data, id-diretturi tal-klabb bdew iħejju il-pjanijiet għall-kumpless sportiv li jkopri l-art kollha u fil-fatt, kienet intbaghtet Outline Plan lill-M.E.P.A. Din kienet tikkonsisti f’diversi fażijiet ta’ żvilupp, li huma:

1. Il-kostruzzjoni ta’ football ground u dressing rooms
2. Il-kostruzzjoni ta’ Clubhouse u diversi faċilitajiet sportivi
3. Il-kostruzzjoni ta’ GYM għall-isport ta’ ġewwa bħal Basketball
4. Il-kostruzzjoni ta’ 5-a-side pitches b’ħaxix artifiċjali
5. Il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet ta’ parkeġġ u tisbih tal-madwar

Il-Perit preżenti Albert Borg Costanzi B.Arch., A&CE u l-assistent tiegħu, Mr. Louis Muscat, kienu ħadu l-inkarigu tal-proġett f’Novembru 2006 mill-Periti Joe Cassar, Grech, Ebeyer & Associates, li kienu responsabbli mill-pjanti originali tal-proġett.

Wara ħafna laqgħat mal-M.E.P.A. u l-M.T.A. (l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu), il-pjan definit tal-proġett kollu ġie fi tmiemu. Il-fażijiet tax-xogħlijiet huma dawn l-imsemmija:

l-Ewwel Fażi

(A) Preparamenti fuq l-art tar-ramel tal-football ground eżistenti (li ilu jintuża għal numru ta’ snin), b’xogħol kbir fuq aġġustament tal-livelli, il-kostruzzjoni ta’ l-ilqugħ għall-ilma, u preparazzjonijiet ġenerali għall-wiċċ biex ikun jista’ jitqiegħed il-ħaxix artifiċjali.
(B) Tqegħied ta’ ħaxix artifiċjali ta’ kwalita’ għolja fil-football pitch
(C) Kostruzzjoni t iżjed dressing rooms, stores u spectator stands fuqhom.
(D) Titjib fil-livell tas-sistema taI-floodlighting.
(E) Tiswijja u titjib fil-fencing ta’ madwar il-ground u kostruzzjoni ta’ fencing għal ‘Ground Restricted Area’.

It-Tieni Fażi

Bini ta’ tliet 5-a-side football pitches ħdejn xulxin, b’ħaxix artifiċjali.

It-Tielet Fażi

Bini ta’ parkeġġ għall-karozzi u tisbiħ u landscaping tal-kumplament tal-post u tal-madwar.

Ir-Raba Fażi

(A) Bini tal-Clubhouse bl-attrezzamenti kollha bħal klinika, ristorant, uffiċini, ecc
(B) Bini ta’ GYM għall-Basketball u sport ieħor li jintlagħab ġewwa.

Bil-ħidma ħabrieka u siewja tal-membri eżekuttivi tal-Klabb u ħafna voluntiera, partikularment mill-kumitati, coaches u ġenituri tas- sezzjoni tal-football, u bl-intervent dirett tal-“Malta Football Association” speċjalment tal-President Dr. Joseph Mifsud (taħt l-iskema tal-U.E.F.A. Hat Trick Programme), entitajiet Governattivi differenti bħall-“Kunsill Malti Għall-iSport”, “Fond għall-Kawżi Ġusti”, ecc, l-ewwel fażi tal-proġett waslet biex titlesta.

Xogħlijiet fuq it-tieni u t-tielet fażi ser ikunu finanzjati mill-Gvern bis-saħħa ta’ l-“Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu” u fondi li ġew awtorizzati mil-E.U. Dawn il-proġetti u l-fondi għalihom ġew possibli bl-għajnuna kbira u bl-intervent tal-Ministru preċedenti tat-Turiżmu u President Onorarju tal-Football Club, Dr. Francis Zammit Dimech. Huwa maħsub li dawn jiġu finalizzati sas-sena 2010.

Ir-Raba’ fażi tal-proġett għad għandu bżonn l-approvazzjoni tal-MEPA u sadanittant, id-diretturi tal-Klabb qegħdin ifittxu sorsi varji ta’ finanzjament, u huwa maħsub li dan jirnexxi waqt li t-tieni u t-tielet fażi ikunu kważi waslu fi tmiemhom.

  
Pembroke-Athleta-04b.jpg

  

Min jixtieq jara iżjed pjanti tal-proġett u saħansitra r-ritratti ta’ l-inawgurazzjoni, jista’ jagħmel dan billi jidħol fis-sit elettroniku: : PASC Project Presentation



  
/admin0802/pages/../../images/parags/Pembroke-Athleta-05.jpg

  

IL-PEMBROKE ATHLETA FOOTBALL CLUB

“Pembroke Athleta Football Club” huwa l-klabb uffiċjali li jirrapreżenta l-aktar villaġġ ġdid f’Malta, Pembroke, u dan mhux għax inzerta stabbilit bil-Clubhouse u l-grounds tiegħu ġewwa Pembroke, imma għax huwa rikonoxxut uffiċjalment hekk, kemm mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke u kif ukoll mill-“Malta Football Association”, u jikkompeti fil-kompetizzjonijiet tat-tielet diviżjoni u tal-Minors (taħt id-19-il sena) ta’ l-istess M.F.A.

Il-Football Club jifforma parti mill-“Pembroke Athleta Sports Club”, li għandu fi hdanu dixxiplini sportivi oħra.

Il-Football Ground huwa f’Pembroke biswit il-Lukanda Radisson SAS Bay Point, tefa’ ta’ ġebla l-bogħod mill-baħar. Il-Parent Klabb ħejja l-pjanti biex jiġu approvati mill-MEPA sabiex il-proġett tal-kumpless sportiv u tal-madwar jinbena mill-aktar fis.

  
/admin0802/pages/../../images/parags/Pembroke-Athleta-06.jpg

  

L-11-a-side Football Ground bil-ħaxix artifiċjali kważi lest (Mar/Apr 2009)

  
/admin0802/pages/../../images/parags/Pembroke-Athleta-07.jpg

  
IL-FOOTBALL NURSERY Pembroke Athleta Football Nursery

Imwaqqfa fl-1997 meta timijiet ta’ taħt l-14 u 16-il sena kienu organizzati ħalli jibdew jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-“Youth Football Association” u l-“Malta Football Association” għall-ewwel darba. Fl-istaġun 1998/1999, in-Nursery fetħet il-bibien beraħ ukoll għal tfal żgħar minn ħames snin ‘l fuq, u fi żmien pjuttost qasir ta’ ftit snin, in-numru ta’ tfal telgħa għal 250, li nofshom joqgħodu Pembroke. In-Nursery hija għalhekk kburija li għandha numru kbir ta’ tfal minn Pembroke u minn irħula tal-madwar, u wkoll li għandha rappreżentazzjoni minn partijiet oħra ta’ Malta.

Illum, iżjed minn għaxar snin wara, in-Nursery stabbilixxit ruħha bħala waħda minn Nurseries l-aktar li qed tikber u tiżviluppa b’rata mgħaġla ġewwa Malta, għaliex għandha grupp ta’ nies dedikati li jiffurmaw il-kumitat (Chairman, Segretarju/Amministratur, Teżorier u l-membri attivi l-oħra) u li huwa indipendenti mill-kbar (il- Football Club) u li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni totali tan-nursery. Il-Coaching staff jgħodd mal-25 kowċ kwalifikat u assistenti, apparti minn numru ieħor imdaqqas ta’ helpers.

Il-Faċilitajiet ta’ taħriġ tjiebu ġmielu matul is-snin u issa hemm 6-a-side pitch tal-ħaxix sintetiku għall-athleti ż-żgħar, minbarra pitch ieħor iżgħar 4-a-side ukoll b’haxix sintetiku magħruf aktar bħala l-UEFA pitch. Dawn iż-żewġ pitches kienu inawgurati minn mistednin distinti li jinkludu rapprezentanti mil-UEFA u MFA, l-Eċċellenza Tieghu l-Arċisqof ta’ Malta, Is-Sindku u Kunsilliera ta’ Pembroke, il-Presidenti onorarji tal-Football Club, Dr. Francis Zammit Dimech u s-Sur Evarist Bartolo, u oħrajn.

  
/admin0802/pages/../../images/parags/Pembroke-Athleta-08.jpg

  

L-11-a-side football ground tar-ramel u ċ-ċerimonja ta’ l-inawgurazzjoni (Oct 2004)

  
/admin0802/pages/../../images/parags/Pembroke-Athleta-09.jpg

  

IL-UEFA multipurpose pitch (club) u ċ-ċerimonja ta’ l-inawgurazzjoni (Sep 2006)



  
/admin0802/pages/../../images/parags/Pembroke-Athleta-10.jpg

  

L-Astro Turf 6-a-side pitch (club) u ċ-ċerimonja ta’ l-inawgurazzjoni (Sep 2007)

It-titjib kontinwu tan-Nursery ġie wkoll rikonoxxut mill-M.F.A. u l-Y.F.A., b’tali mod li k-klassifikawha f’kategorija “A” għar-raba’ sena konsekuttiva, l-isbaħ ċertifikat li Nursery tista’ tingħata.

Apparti li tieħu ħsieb u tilqa’ fi ħdana tfal subien ta’ kull eta’, mis-sena 2006, in-Nursery waqqfet sezzjoni għall-bniet u tfajliet li mill-ewwel kien hemm interess u parteċipazzjoni qawwija. In-Nursery issa hija maqsuma fi ħdax-il grupp, li jibdew minn tfal b’eta żgħira ta’ ħames snin u jibqgħu jitilgħu sa ġuvintur ta’ sbatax-il sena, subien u bniet.

Kull grupp għandu Kowċ kwalifikat miegħu u assistent jew helper. Dawn kollha jipparteċipaw fil-festivals u kompetizzjonijiet li torganizza l-Malta Youth Football Association. Dan apparti l-parteċipazzjoni f’Festivals u Tournaments oħra organizzati kemm minn nursery ta’ Pembroke u ta’ klabbs oħra. Isiru wkoll logħob ta’ ħbiberija fuq bażi regolari matul l-istaġun, fejn l-atleti kollha ikollhom iċ-ċans jipparteċipaw, irrispettivament mil-kompetenza u l-ħiliet tagħhom.

In-Nursery ukoll tagħmel mezz biex kull sena, grupp jew tnejn isiefru barra minn Malta, u fost il-pajjiżi li diġa żaru, hemm Manchester (UK), Tunisija, Wales (UK), Plovdiv (Bulgaria), Roccalumera (Sqallija).

Il-Klabb huwa kburi bil-mod ta’ ambjent pjaċevoli u ta’ ħbiberija li teżisti, fejn it-tfal iħossuhom ferħana u milqugħa u b’hekk il-ġenituri ikollhom okkażjoni tajba biex jattendu u jipparteċipaw fil-klabb f’atmosfera familjari ta’ “Tunis Road Pembroke”.

Il-Miri tan-Nursery

In-Nursery timpenja ruħha biex tipprovdi ambjent sportiv u b’saħħtu għat-tfal kollha, subien u bniet, sabiex jiżviluppaw il-karattru, t-talenti u l-abbilitajiet fiżiċi u tekniċi tagħhom.

Benefiċċji

• Formazzjoni ta’ karattru u dixxiplina
• Edukazzjoni b’rispett soċjali lejn xulxin
• Tinżergħa l-imħabba lejn l-isport
• It-tfal jitħalltu u jagħmlu ħbieb ġodda
• Il-bogħod mit-TV u l-Video Games
• L-ewwel passi biex jibdew isiru indipendenti
• Mod effettiv kif wieħed jagħmel xi ħaġa għal ġid
• Jiżviluppaw il-kapaċitajiet u t-talenti tagħhom
• Sessjonijiet sportivi u ta’ pjaċir
• Ambjent Sportiv u Kompetittiv
• Tgħin fl-iżvilupp u s-saħħa fiżika
• Jitħaltu soċjalment ma’ Nurseries oħra lokali u anki barranin

Benefiċjarji

• Subien u bniet ta’ minn 4 snin-il fuq. It-tfal jiħu mqassma skond l-etajiet tagħhom.
• Gruppi u sezzjonijiet għat-tfajliet
• Tfal ta’ bejn l-4 u s-6 snin jattendu t-taħriġ is-Sibt u l-Ħadd.

  
/admin0802/pages/../../images/parags/Pembroke-Athleta-11.jpg

  
Pembroke-Athleta-12b.jpg

  

PEMBROKE ATHLETA - SEZZJONI ATLETIKA Pembroke Athleta Athletic Section

Wara nuqqas ta’ xi snin, is-sezzjoni ta’ l-Atletika tal-Klabb reġgħet ġiet mogħtija il-ħajja fl-1989 mis-Sur Charles Pullicino, u kompliet taħt it-tmexxija tal-President attwali tas-sezzjoni ta’ l-Atletika, is-Sur Victor Camilleri.

Din is-sezzjoni issieħbet mal-“Malta Amateur Athletic Association” fl-1989. Sabiex jippromovu l-atletika, it-tmexxija ġdida tas-sezzjoni ta’ l-Atletika organizzaw l-ewwel kompetizzjoni fit-8 ta’ Diċembru 1990, ġirja madwar is-Swieqi. Għall-ewwel darba, l-programm inkluda wkoll ġirja għall-kadetti. Sittin atleta ħadu sehem u numru sabiħ minnhom ingħaqdu mall-Klabb.

Kienet imnedija kampanja f’diversi skejjel u kulleġġi sabiex jiżdied in-numru ta’ imsieħba fil-Klabb u din ħalliet ħafna frott. Programmi ta’ taħriġ taħt it-tmexxija ta’ kowces kwalifikati minn kulleġġi u universitajiet IAAF livelli 1 & 2, isiru regolarment fil-Marsa track & field, St. Aloysius track, St. Theresa Junior Lyceum School Mrieħel u anke fil-Pembroke Sports Complex.

Is-Sezzjoni ta’ l-Atletika tipparteċipa f’kull tiġrijiet fit-toroq, u fil-kompetizzjonijiet “track & field” organizzati mil-MAAA u organizzazzjonijiet sportivi oħra.

POLICIES TAL-ATLETIKA
• Edukazzjoni u formazzjoni tal-Karattru
• Promozzjoni tal-kunċett ta’ fair play fil-kompetizzjoni
• Espressjoni ta’ l-abbiltajiet fiżiċi u mentali
• Jinkixef it-talent f’kull avveniment atletiku
• Tinsiġ ta’ dixxiplina fl-Atletika Sportiva
• Taħlit soċjali f’avvenimenti ta’ l-Atletika
• Inkoraġġiment sportiv lejn Pembroke Klabb.


Itla 'l fuq

Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
 Pembroke Athleta Sports Club | Pembroke Rackets Tennis Club | Melita F.C. | Assoċjazzjoni BMX 
Pembroke_Local_Council
| © Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| CIMU |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.