English
Pembroke Local Council
  
  

Funzjonijiet ta’ Kunsilli Lokali – Taqsima IV Artiklu 33

Bla ħsara għas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu u għad-dispożizzjonijiet ta’ kull liġi oħra li tkun isseħħ fiż- żmien, il-funzjonijiet ta’ kull Kunsill Lokali jkunu:

• li jipprovdi biex tinżamm fi stat tajjeb u għall-manutenzjoni ta’ , jew titjib fi, kull triq jew mogħdija, li ma tkunx propjeta’ privata, iżda l-manutenzjoni għar-rigward ta’ xi triq jew mogħdija tinkludi l-kisi jew l-asfaltar tagħha, iżda ma tinkludix ir-rikostruzzjoni tagħha;

• li jipprovdi għall-ġbir u ġarr ta’ żibel minn kull post pubbliku jew privat, għaż- żamma ta’ l- indafa u biex isiru, jinżammu fi stat tajjeb u manutenzjoni tal-latrini kollha, laned taż-żibel u reċipjenti oħra għad-depożitu temporanju u ġarr ta’ żibel, u tara li dawn ikunu aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti;

• li jipprovdi li jsiru, jinżammu fi stat tajjeb u manutenzjoni ta’ playgrounds tat-tfal, ġonna pubbliċi u ċentri oħra, ta’ sport, kultura jew divertiment ieħor, u tara li dawn ikunu, sa fejn hu possibli, aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti;

• li jipprovdi u jżomm fi stat tajjeb sinjali tat- toroq u marki tat- toroq xierqa, skond livelli nazzjonali u internazzjonali, li jistabbilixxi u jżomm fi stat tajjeb postijiet għal nies bil-mixi u għall-ipparkeġġjar u biex jipprovdi għall-ħarsien tat-tfal ta’ l-iskola qrib l- iskejjel;

• biex jipproponi lil u, meta applikabbli, ikun konsultat minn kull awtorita’ kompetenti qabel ma’ l-awtorita’ kompetenti tagħmel xi tibdil fi skemi tat-traffiku li jolqtu direttament il-lokalita’.

• li jagħmel rakkomandazzjonijiet lil kull awtorita’ kompetenti għal jew dwar xi skema ta’ ppjanar jew bini u li jieħu sehem sħiħ f’kull deċiżjonijiet dwar l-għoti jew l-għoti mill- ġdid ta’ ismijiet lit-toroq;

• fil-konfini ta’ kull pjan nazzjonali, li joħroġ linji ta’ gwida li għandhom jitħarsu biex tinżamm fi stat tajjeb, tkun restawrata, iddisinjata jew mibdula l-faċċata ta’ kull bini jew bini ieħor jew parti minn bini li normalment tkun tidher mit-triq u l-materjal użat, reklami u faċċati ta’ ħwienet, u fil- każ ta’ bini miftuħ għall-pubbliku, tara li dawn ikunu, sa fejn hu possibbli, aċċessibli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti;

• li jgħinu liċ-ċittadini billi jipprovdi, meta applikabbli, flimkien ma’ xi awtorita’ kompetenti, tagħrif dwar il-jeddijiet taċ-ċittadini b’mod ġenerali, magħdud tagħrif dwar jeddijiet tal-konsumatur, trasport, komunikazzjonijiet, faċilitajiet ta’ turiżmu, taxxi, sigurta’ soċjali, saħħa pubblika u ħwejjeġ oħra ta’ siwi u interess pubbliku;

• li jagħti parir lil u, meta dan ikun japplika, li jkun ikkonsultat minn kull awtorita’ li jkollha setgħa li tieħu xi deċiżjonijiet li direttament jew indirettament jolqtu l-Kunsill u lir- residenti li jkun responsabbli għalihom;

• bħala parti minn skema nazzjonali, li jipprovdi flimkien ma kull awtorita’ kompetenti, għat-twaqqif, żamma fi stat tajjeb u manutenzjoni ta’ creches, kindergartens u servizzi oħra jew bini ieħor edukattiv;

• bħala parti minn skema nazzjonali, li jipprovdi flimkien ma kull awtorita’ kompetenti għat-twaqqif, żamma fi stat tajjeb u manutenzjoni ta’ ċentri tas-saħħa u rijabilitazzjoni, spiżeriji tal-gvern, uffiċċji distrettwali tas- saħħa u djar għall-anzjani;

• li jipproponi lill-Ministru responsabbli għall- edukazzjoni, persuni biex jinħatru bħala presidenti ta’ kunsilli ta’ skejjel primarji;

• li jagħmel ftehim ma’ kull korp pubbliku jew dipartiment tal-gvern għad-delega lill-Kunsill ta’ xi wħud mill-funzjonijiet ta’ dak il-korp pubbliku jew dipartiment, iżda kull delega bħal dik tibda sseħħ biss wara li l-Ministru jkun għamel ordni dwar dan fil-Gazzetta;

• li jaqdi kull funzjoni oħra li tkun delegata lilu mill-Gvern permezz tal-Ministru bil-pubblikazzjoni ta’ ordni fil-Gazzetta;

• li jipprovdi għal dawk ix-xogħolijiet, oġġetti, ħwejjeġ u s-servizzi l-oħra kollha li m’humiex esklużi mill-kompetenza ta’ Kunsill b’xi liġi li tkun fi żmien isseħħ u li ma jkunux mogħtija lil xi awtorita’ oħra.

• Toroq arterji u distributorji stabbiliti bil-Pjan ta’ Struttura, monumenti nazzjonali, parks jew ġonna nazzjonali, estates industrijali, portijiet, ajruporti u territorji oħra nazzjonali, stabbilimenti, bini u oġġetti oħra mniżżla fir-Raba’ Skeda li tinsab ma’ dan il-Att huma responsabbilta’ tal-Gvern u, ħlief kif provdut skond il-paragrafu (m) jew (n) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, huma għal kollox esklużi mill-kompetenza ta’ Kunsilli Lokali.

Itla 'l fuq

Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
 Funzjonijiet u responsabbilitajiet | Leġislatura 94-96 | Leġislatura 96-99 | Leġislatura 99-02 | Leġislatura 02-05 | Leġislatura 05-08 | Leġislatura 08-13 | Leġislatura 13-17 | Il-Kunsilliera preżenti | Impjegati tal-Kunsill  | Kumitati 
Pembroke_Local_Council
| © Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| CIMU |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.