English
Pembroke Local Council
  
  
l-Arlogg ta' PembrokeL-ARLOĠĠ TA’ PEMBROKE (1903)

L-Arloġġ ta’ Pemroke ġie mibni fis-sena 1903 u jagħmel parti mill-Gurad Room l-antika. Dan jagħti karattru uniku lill-Pembroke u jservi bħala ‘landmark’. Huwa l-iktar bini għoli ġewwa Pembroke u ġie restawrat fis-sena 1995.

  
Il-Fortizza ta' PembrokeIL-FORTIZZA TA’ PEMBROKE (1879)

Il-Fortizza ta’ Pembroke ġiet mibnija wara rakomandazzjoni mill-kumitat difensiv fis-sena 1873. Ix-xogħol fuqha beda fit-24 ta Jannar 1875 u ntemm f’Diċembru 1879. Il-Fortizza kellha żewġ skopijiet fil-qasam tad-difiza, l-ewwel li tieħu ħsieb il-ħarsien ta’ l-aċċess mill-kosta sal-Port il-Kbir u biex tiddefendi is-sezzjoni leminija tal-Victoria Lines, kella użu wkoll sabiex tevita movement madwar il-fortifikazzjonijiet tal-madwar. Illum, il-Fortizza qed tiġi wżata għal skopijiet edukattivi u fiha tinsab l-iskola internazzjonali tal-Verdala.

  
il_batterija_ta_pembrokeIL-BATTERIJA TA’ PEMBROKE (1899)

Il-Batterija ta' Pembroke ġiet mibnija bejn lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, u tinsab ftit il-bogħod mill-Fortizza ta' Pembroke. B' forma ovali, il-Batterija kienet armata b'żewġ kanuni ta' 9.2 pulzier mudell BL MK X maġenb xulxin, kull wieħed kien ikopri ċirku ta' 180 gradi. F'nofs is-snin Tmenin, parti mill-batterija ġiet imkissra biex tagħmel spazju għall-iżvillup tal-bini ġdid. Fl-2002 Il-Kunsill Lokali ta' Pembroke u l-Ministeru għall-Ambjent ħadu ħsieb ir-restawr ta' din il-Batterija, l-għan tagħha huwa li tintuża` bħala Mużew.

  
ic_cimiterju_militari_ta_pembrokeIĊ-ĊIMITERJU MILITARI TA’ PEMBROKE

F'dan iċ-ċimiterju, jinsabu l-fdalijiet ta' 323 vittma ta' l-ewwel u t-tnieni Gwerra Dinjija u 300 vittmi oħra. Iċ-ċimiterju huwa taħt ir-responsabbilita' tal-Kumissjoni taċ-Ċimiterji tal-Gwerra tal-Commonwealth.

  
PEMBROKE EX-RIFLE AND PISTOL RANGES

Dawn ir-ranges huma eżempju nteressanti ta' faċilitajiet għat-taħrig militari li sal-ġurnata tal-llum għadhom jintużaw fil-gżejjer Maltin. Huma jinsabu viċin il-baħar Mediterran u huma mdawra b'ambjent ta' kampanja b'valur ekoloġiku. Dawn ir-ranges jiġu wżati mill-Forzi Armati ta' Malta għat-taħriġ tas-suldati.

  
australia_hallAUSTRALIA HALL

L-Australia Hall inbniet f'Novembru tas-sena 1915 mill-fergħa Awstraljana ta' l-Assoċjazzjoni Ingliża tas-Salib l-Aħmar, għall-benefiċċju tas-suldati ta' l-imperu.

  
il_barrakki_ta_pembrokeIL-BARRAKKI TA’ PEMBROKE

L-ewwel barrakki nbnew viċin tal-bajja ta’ San Ġorġ fis-sena 1859, imma iktar blokkijiet mbnew fil-bidu tas-seklu u wara li għaddiet it-tieni Gwerra Dinjija. F'nofs is-snin tmenin, ħafna minn dawn il-barrakki ġew ikonvertiti f'appartamenti u ġew mikrija lill-familji Maltin. Oħrajn ġew ikonvertiti f'uffiċċini w anke Kumpless Turistiku.

  
IL-WIED TA’ ĦARQ HAMIEM

Madwar 400 speċi ta' pjanti jikbru f'dan l-wied żgħir li jibda mill-entratura ta' Pembroke u jkompli sejjer sal-bajja ta' San Ġorġ.

  
wied_harq_hamiemL-GĦAR TA’ ĦARQ HAMIEM

Dan il-għar ġie skopert minn grupp ta’ tekniċi Ingliżi fis-sena 1956, għalkemm jidher ukoll fuq mappa tal-ktieb dwar Malta tal-Konti Ciantar fis-sena 1772. Hawnhekk tinsab grotta b’ilma frisk u huwa meqjus bħala waħda mill-attrazzjonijiet spetakulari ta’ dan r-reġjun.

  
ĠNIEN TA’ RIKREAZZJONI (1996)

Dan il-ġnien ta’ rikreazzjoni jinsab fil-qalba tal-lokal u għandu spazju ta’ 2161 metri kwadri. Dan il-ġnien kien ġie ddisinjat minn Ray Pace. Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni bdew fit-2 ta’ Jannar 1996 u ntemmu fit-3 ta Mejju 1996. Iċ-ċerimonja ta’l-inawgurazzjoni saret jumejn wara u minn dak in-nhar l-hawn il-ġnien ġie wżat kemm mir-residenti tal-lokal kif ukoll minn residenti oħra ta’ lokalitajiet oħra bi skop ta’ rikreazzjoni.

  
it_torri_tal_madlienaIT-TORRI TA’ MADALIENA (1658)

It-Torri ta’ Madaliena jinsab mal-kosta ta’ Bahar iċ-Ċagħaq u nbena fis-sena 1658 mill-Gran Mastru de Redin. Fis-seklu 19, it-torri ġie mmodifikat mis-Sevizzi Ingliżi sabiex jospita kanun tat-tip 64-pdr RML u dan kollu għall-protezzjoni tal-kosta ta’ madwaru kif ukoll biex jassisti l-Victoria Lines għal-skopijiet ta’ difiża.

Itla 'l fuq

Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
| © Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| CIMU |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.