English
Pembroke Local Council
  
  

Servizzi

Ġbir ta’ skart goff

Dan is-servizz huwa provdut fuq bażi regorali darba fil-ġimgħa - nhar ta' Gimgħa. Ir-residenti kollha li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz huma mitluba jċemplu l-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill fuq in-numru 2137 2111.

Knis tat-toroq urbani u qtugħ ta’ ħaxix minn mal-bankini

Il-Kunsill għandu programm li t-toroq urbani kollha ta' Pembroke jinkinsu darbtejn fil-ġimgħa nhar ta' Tnejn u nhar ta' Ħamis. Il-Kunsill japrezza l-koperazzjoni tar-residenti li ma jħallux skart barra u dan sabiex kemm jista' jkun it-toroq jinżammu nodfa.

Ħlas ta’ kontijiet tal-Kerha u Ċnus lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet

Kull resident għandu l-faċilita’ li jħallas il-kontijiet tal-Kerha jew / u Ċens tal-propjeta’ tiegħu fl-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill. Ħlasijiet jintlaqgħu kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it- 8.15 u l-11.45 ta’ filgħodu kif ukoll bejn is-1.15 u 4.45 ta’ wara nofsinhar. L-impjegati tal-Kunsill japrezzaw li min iħallas dawn il-kontijiet ikollu flus eżatt.

Ħlas ta’ ċitazzjonijiet tal-Gwardjani Lokali, tal-Pulizija u Awtoritajiet jew Dipartimenti oħra

Kull resident kemm ta’ Pembroke kif ukoll ta’ lokalitajiet oħra għandhom il-faċilita’ li jħallsu ċ-ċitazzjonijiet li jingħataw mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija kif ukoll minn kull Awtorita’ jew Dipartimenti oħra fl-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill. Ħlasijiet jintlaqgħu kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it- 8.15 u l-11.45 ta’ filgħodu kif ukoll bejn is-1.15 u 4.45 ta’ wara nofsinhar. L-impjegati tal-Kunsill japrezzaw li min iħallas dawn il-kontijiet ikollu flus eżatt.



Itla 'l fuq

Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
| © Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| CIMU |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.